Saturday, December 21, 2024

Ex-player ta’ Arsenal imut fl-età ta’ 35 sena

Aqra wkoll

L-ex player tal-youths ta’ Arsenal u difensur ta’ Birmingham City Sam Oji miet fl-età ta’ 35 sena.

Oji, li huwa l-kuġin tal-kantant Lemar, beda l-karriera tiegħu mal-Gunners fl-2000 iżda ffirma għal Birmingham wara li naqas milli jagħmilha mal-ewwel team ta’ Arsenal.

Dan l-aħħar, Oji kien qed jaħdem bħala assistant manager ma’ Highgate United, li jilagħbu fid-disa’ livell tal-football Ingliż. Il-club qal li Oji kien ‘marid immens’ il-Ġimgħa filgħaxija imma kien ‘qed jiġġieled bħal gwerrier’ qabel ma kkonferma l-mewt tiegħu nhar is-Sibt filgħodu.

Nhar il-Ġimgħa huma kitbu: ‘Nirreferu għal diversi kummenti fuq il-media soċjali matul il-ġurnata kollha rigward saħħet Samuel Oji.

“Sam huwa marid immens imma għadu jiġġieled bħall-gwerrier li hu.”

Fi stqarrija nhar is-Sibt, il-club qal: ‘B’għafsa ta’ qalb, ninfurmaw, li l-maħbub captain, mexxej u leġġenda tagħna Samuel Oji sfortunatament miet.’

‘Il-ħsibijiet ta’ kulħadd f’Highgate United FC huma mal-mara, it-tfal u l-familja ta’ Sam f’dan iż-żmien diffiċli ħafna. RIP Oji. ‘

Oji qatta’ erba’ snin mal-clubs mill-midlands u gawda perjodi ta’ self ma’ Doncaster Rovers, Bristol Rovers u Leyton Orient – li ffirma għalihom b’mod permanenti fl-2008.

Birmingham taw ġieħ lill-ex player tagħhom fi tweet billi qalu li: ‘Il-Club huwa dispjaċut ferm meta ġie mgħarraf bil-mewt tal-ex plejer Sam Oji, ta’ 35 sena. Il-ħsibijiet ta’ kulħadd f’#BCFC huma mal-familja u l-ħbieb ta’ Sam f’dan il-mument estremament diffiċli.’

Ekonomija

Sport