Saturday, May 4, 2024

Possibbiltà ta’ referendum favur l-ewtanasja fl-Italja

Aqra wkoll

Għadd ta’ attivisti qed jgħidu li s-sena li ġejja l-Italja tista’ tkun qiegħda tagħmel referendum favur il-le­galizzazzjoni tal-ewtanasja. 

Petizzjoni biex tneħħi l-proj­bizzjoni minn fuq is-suwiċidju assistit ġabret iktar minn 750,000 firma, li huwa biżżejjed biex issejjaħ għal vot pubbliku. Ġewwa l-Italja, petizzjoni jrid ikollha iktar minn nofs miljun firma biex tisforza referendum dwar il-kwistjoni. 

Fl-2019 il-qorti kostituzzjonali Taljana kienet introduċiet eżenzjoni “għall-pazjenti miżmuma ħajjin bi trattament […] u qed isofru minn patoloġija irriversibbli, sors ta’ sofferenza fiżika u psikoloġika li huma jikkunsidraw intollerabbli.” L-imħallfin kienu qalu li l-pazjent iridu jkunu “totalment kapaċi li jagħmel deċiżjoni ħielsa u konxjuża.” 

Iżda nies li jsofru minn mard inkurabbli ma jaqgħux taħt din il-kategorija u għalhekk m’għandhomx id-dritt ta’ suwiċidju assistit. Fil-preżent il-liġi Taljana tikkastiga suwiċidju assistit b’sentenza ta’ bejn 5 u 12-il sena ħabs. L-attivisti qalu li jekk isir referendum u tgħaddi l-liġi din tippermetti “assistenza medika għal mewt involontarja” għal “persuni morda li jridu għajnuna esterna biex itemmu s-sofferenzi tagħhom.”

Sport