Monday, May 20, 2024

Mara mixlija li serqet €8,900 mingħand l-eks sieħeb tagħha

Aqra wkoll

Mara ta’ 35 sena tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia mixlija b’serq aggravat u li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa fost oħrajn.

L-imputata ammettiet li serqet €8,900 mingħand l-eks-sieħeb tagħha u reddet lura ammont ta’ flus minnhom.

Kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll l-avukati tal-parte civile qablu li l-interess ewlieni tagħhom huwa li l-flus jiġu ritornati.

Il-Maġistrat Farrugia kkundannat lill-mara għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatha biex tħallas il-kumplament tal-flus fi żmien sitt xhur.

Sport