Monday, July 13, 2026
Home Internazzjonali Franċiża tinqabad tisraq minn twiebet f’kamra mortwarja f’Liévin

Franċiża tinqabad tisraq minn twiebet f’kamra mortwarja f’Liévin

0
1256

Mara li dehret li kienet ħabiba antika ta’ katavru f’kamra mortwarja fi Franza, irriżulta li kienet ir-rutina tagħha li tattendi f’dan il-post u ġġorr kulma tista’.

Meta avviċinata mill-qraba tal-vittma, il-mara li hu stamt li għandha madwar 60 sena, qalet li kienet ħabiba tagħha u b’hekk dawn ma xtaqux iċaħħduha milli tagħtiha l-aħħar tislima.

Ġara iżda li mar-ritorn tagħhom fejn it-tebut ntebħu li l-ġojjelerija kollha li kellha l-vittma kienu għebu. Il-qraba rrapurtaw minnufih dwar dan u wara ftit sigħat ġiet identifikata s-suspettata ewlenija li tgħix biss ftit metri bogħod mill-kamra mortwarja f’Liévin. Il-mara ġiet arrestata u l-ġojjelerija kollha nieqsa nstabet għandha.

Mhux biss. Minn tfittxija li saret fir-residenza tagħha nstabet kartiera li nsterqet lil katavru ieħor fl-istess ġurnata.

Barra minn hekk, il-mara nstabet fil-pussess ta’ kodiċi ta’ aċċess għal qraba ta’ katavri li kienu qegħdin fi proċess biex jitkeffnu u jkunu jistgħu jindifnu.

Il-mara mistennija titressaq il-qorti fix-xhur li ġejjin.