Friday, April 26, 2024

L-atleti Afgani jaslu f’Tokyo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-andament tal-ġrajjiet fl-Afganistan huwa wieħed pjuttost mgħaġġel b’mod speċjali l-moviment li hemm fl-ajruport ta’ Kabul.

Aħbar tajba minn fost il-ħafna biżgħa u theddid hija dik li ż-żewġ atleti Paraolimpiċi Afgani wasklu f’Tokyo u se jkunu jistgħu jikkompetu.

Fi stqarrija, il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali qal li ż-żewġ atleti vjaġġaw minn Kabul lejn Pariġi u minn hemm setgħu jistrieħu u jkomplu bit-taħriġ tagħhom fiċ-Ċentru ta’ taħriġ fi ħdan il-Ministeru għall-Isports Franċiż.

Zakia Khudadadi hija l-ewwel mara sa mill-2004 li se tkun qiegħda tirrapreżenta lil pajjiża f’dan il-logħob. Hija se tkun qiegħda tikkompeti fit-taekwondo filwaqt li Hossain Rasouli se jkun qiegħed jieħu sehem fl-atletika.  

Sport