Thursday, October 3, 2024

Nofs il-popolazzjoni tal-Indja ħadet tal-inqas titqiba waħda kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Dejta uffiċjali qiegħda turi li iktar minn nofs il-popolazzjoni tal-Indja, jiġifieri madwar 472 miljun, issa rċevew minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin kontra l-Covid-19. L-awtoritajiet Indjani ħadmu bla heda biex iħaffu l-programm ta’ tilqim ħalli tiġi evitata kemm jista’ jkun it-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet. S’issa jidher li l-Indja tat iktar minn 610 miljun doża ta’ tliet tilqimiet li huma approvati – Covishield, Covaxin u Sputnik V. Il-Gvern tal-pajjiż qiegħed jippjana li sal-aħħar ta’ din is-sena l-poplu kollu jkun ġie mlaqqam. 

Il-ħidma li għamel il-gvern hija waħda evidenti hekk kif l-aħħar 100 miljun doża ġew amministrati f’19-il jum biss. Dan huwa kuntrast kbir meta wieħed jara li l-ewwel 100 miljun doża ħadu 85 jum biex ġew amministrati. 

Minkejja dan kollu, xorta waħda għad fadal ħafna xogħol xi jsir hekk kif jidher li stati li huma ifqar minn oħrajn qegħdin jaqgħu lura fit-tilqim u għalhekk qiegħda tinħoloq disparità.

Matul il-pandemija, l-Indja rreġistrat total ta’ 32 miljun każ ta’ Covid-19 li jfisser li hija t-tieni l-iktar pajjiż affettwat wara l-Istati Uniti. Dan il-pajjiż kellu wkoll 400,000 mewt, it-tielet wara l-Istati Uniti u l-Brażil.

Sport