Exiles ASC huma r-rebbieħa BOV Knockout tal-ewwel diviżjoni tal-Water Polo.
Exiles għelbu lil Otters fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni bl-iskor ta’ 15-10 biex komplew is-sensiela pożittiva tagħhom wara li aktar kmieni din is-sena rebħu l-Kampjonat BOV tax-Xitwa tal-ewwel diviżjoni.
Otters kienu qed jilagħbu fl-ewwel finali fl-istorja tal-klabb iżda ma setgħux ilaħħqu mal-avversarji tagħhom. Exiles ħadu vantaġġ kbir ta’ 10-5 fl-ewwel taqsima grazzi għal 6 gowls tal-barrani tagħhom Drasko Gogov.
Otters naqqsu d-distakk b’2 gowls fit-tielet sessjoni iżda 3 gowls oħra ta’ Exiles fosthom 2 ta’ Gogov taw lil Sirens vantaġġ komdu ta’ 6 goals.
Exiles żammew il-momentum fl-aħħar sessjoni biex rebħu il-Finali tal-BOV Water Polo Knockout tal-ewwel diviżjoni għall-ewwel darba mill-2009 b’rebħa ta’ 15-10 bil-protagonist ikun Gogov b’9 goals.
Exiles ġew ippreżentati bit-trofew tal-BOV Knockout tal-1 diviżjoni minn Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta.
Il-Bank of Valletta din is-sena qed jiċċelebra l-50 Anniversarju minn meta fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba u qed ikompli jistabbilixxi ruħu bħala ċittadin attiv fil-Komunità li jopera fiha.