Sunday, September 13, 2026
Home Sport La Liga: Barcelona jirreġistraw il-ħames rebħa konsekuttiva

La Liga: Barcelona jirreġistraw il-ħames rebħa konsekuttiva

0
37

Barcelona komplew bil-bidu perfett tagħhom f’La Liga b’rebħa ta’ 4-2 barra minn darhom kontra Levante. Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva tal-Katalani, li b’hekk żammew vantaġġ ta’ tliet punti fil-quċċata tal-klassifika.

Barcelona fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta’ Xavi Espart, li skorja l-ewwel goal tiegħu ma’ Barcelona wara azzjoni sabiħa ta’ passes. Ħmistax-il minuta wara, Raphinha wera kalma kbira biex dar mal-goalkeeper avversarju qabel ipprovda assist faċli għal Lamine Yamal, li żied it-tieni goal.

Huma komplew jiddominaw u fil-bidu tat-tieni taqsima, Yamal rebaħ penalty u skorjah hu stess biex għamel l-iskor 3-0 u deher li ssiġilla r-rebħa.

Madankollu, Barcelona għamlu l-logħba aktar diffiċli għalihom infushom b’żewġ żbalji difensivi. Ivan Romero naqqas id-distakk wara pass ħażin ta’ Espart fil-kaxxa, qabel Roger Brugue skorja t-tieni ata’ Levante wara żball ta’ Marc Bernal.

Meta Levante bdew jittamaw għal rimonta, Karim Adeyemi ħareġ bħala sostitut u fis-sekondi finali għamel ġirja spettakolari qabel skorja goal mill-isbaħ biex għamilhom 4-2.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here