Is-sewwieq Spanjol tal-Formula Wieħed, Fernando Alonso (Aston Martin) għeleb lill-Brittaniku George Russell (Mercedes) u lil Max Verstappen (Red Bull) biex kiseb l-aħjar ħin fil-provi liberi tal-Grand Prix tal-Arabja Sawdija li se jsir is-Sibt li ġej.
Huwa waqqaf l-arloġġ f’minuta u 28.827 sekondi.
Alonso kien 0.230 sekondi qabel Russell u 0.331 sekondi aktar veloċi mis-sewwieq li rebaħ l-ewwel tiġrija tal-istaġun fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Bahrain.
Charles Leclerc tal-Ferrari kien ir-raba’ l-iktar veloċi, 0.353sec inqas minn Alonso.
Lewis Hamilton kien biss fit-tmien post, 0.296sec mill-kollega tiegħu, Russell.
Is-seba’ darbiet champion tad-dinja. kien ukoll wara Sergio Perez tar-Red Bull, it-tieni Aston Martin ta’ Lance Stroll u l-Ferrari ta’ Carlos Sainz.
Pierre Gasly ta’ Alpine u Oscar Piastri tal-McLaren temmew mal-ewwel 10 f’Jeddah.