Wednesday, July 24, 2024

Doug Freedman viċin li jkun id-direttur il-ġdid ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Manchester United huma lesti li jakkwistaw is-servizzi ta’ Dougie Freedman sabiex ikun id-direttur sportiv il-ġdid tagħhom. Bħalissa Freedman qed jokkupa r-rwol ta’ scout fi ħdan Crystal Palace u jista’ jieħu din il-promozzjoni ma’ tim rinomat bħalma huma r-Red Devils.

L-istess Freedman ma ċaħadx bl-interess ta’ Manchester United iżda ma riedx jagħti aktar kummenti lill-ġurnalist Ingliż li beda jsaqsih serje ta’ domandi.

Ir-Red Devils qed jaħdmu sabiex fl-istaġun li ġej ikunu tim aktar kompetittiv li jagħti sfida lil Manchester City.

Ekonomija

Sport