Saturday, December 14, 2024

F1: Iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes se jibdew mill-ewwel żewġ postijiet fil-GP tal-Messiku

Aqra wkoll

B’mod mill-aktar sorprendenti, is-sewwieq Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes) se jibda mill-pole position għall-Grand Prid tal-Ħadd li se jsir f’Mexico City, il-Messiku. 

Huwa se jibda quddiem il-kollega tiegħu, il-Britanniku Lewis Hamilton quddiem l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull). 

Kien proprju dan tal-aħħar li ddomina l-provi mill-Ġimgħa iżda kellu jikkuntenta li jibda mit-tielet pożizzjoni.

Bħalissa Verstappen jinsab jillidja l-klassifika ġenerali bi 12-il punt vantaġġ fuq Hamilton li qed jimmira li jirbaħ il-kampjonat tal-Formula Wieħed għal rekord ta’ tmien darbiet.  

Il-prestazzjoni tas-sewwieqa tal-Mercedes kienet sorpriża kbira anke għalihom infushom, hekk kif huma kienu konxji li r-Red Bull kellhom il-pass aħjar minn tagħhom. 

Iżda minflok, wara li r-Red Bull dehru tant b’saħħithom matul is-sessjonijiet liberi, il-Mercedes urew il-potenzjali tagħhom fit-tieni parti tal-kwalifikazzjoni.

Hamilton qal: “Ilna naħdmu daqshekk iebes. Ma ħsibniex li kien se jkollna wirja tajba daqstant u għalhekk l-ewwel żewġ postijiet huma speċjali.”

Ekonomija

Sport