Thursday, March 28, 2024

Jirbaħ l-ewwel logħba … u jitkeċċa mill-kariga ta’ coach

Aqra wkoll

Norwich City keċċew lill-coach, Daniel Farke,  sigħat wara l-ewwel rebħa tagħhom f’dan l-istaġun fil-Premier League Ingliż.

Barra minn darhom il-Canaries għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1 iżda baqgħu fil-qiegħ tal-klassifika, b’ħames  punti biss. 

Farke kien wassal lil Norwich għall-promozzjoni miċ-Championship darbtejn mill-2017.

Dwar din it-tkeċċija, id-direttur sportiv Stuart Webber: “Aħna nħossu li issa huwa ż-żmien it-tajjeb għal bidla biex nagħtu lilna nfusna l-aħjar opportunità biex inżommu l-istatus tagħna tal-Premier League.”

Ekonomija

Sport