Saturday, December 28, 2024

F1: Lando Norris jirbaħ il-GP tal-Olanda

Aqra wkoll

Is-sewwieq Brittaniku, Lando Norris, rebaħ il-Grand Prix tal-Olanda li sar fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort fuq distanza ta’ 2,526 kilometri. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 1:30:45.519 biex għeleb lill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull), b’mod mill-aktar komdu b’vantaġġ ta’ 22.896 sekondi. 

Huwa beda mill-pole position iżda Verstappen mill-ewwel ħa l-kmand tat-tiġrija u deher li kien se jkompli bil-kullana ta’ rebħiet. 

Iżda Norris beda bl-attakk tiegħu u fit-18-il dawra rnexxielu jaqbeż fuq quddiem, b’Verstappen beda jsibha diffiċli biex ilaħħaq mal-veloċitá tiegħu, tant, li fuq ir-radju f’kuntatt mat-tekniċi tiegħu nstema’ jgħid li ma setax iżid il-veloċitá tiegħu. 

Fit-tielet post temm is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) segwit mill-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren) u l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari).

Klassifika (ta’ fuq): 295 – Max Verstappen; 225 – Lando Norris; 192 – Charles Leclerc; 179 – Oscar Piastri; 172 – Carlos Sainz; 154 – Lewis Hamilton; 139 – Sergio Perez  

Ekonomija

Sport