Sunday, December 22, 2024

F1: Lewis Hamilton jaċċetta t-tort tal-ħabta ma’ George Russell

Aqra wkoll

Il-Britanniku, Lewis Hamilton, aċċetta t-tort fil-ħabta mal-kollega u kompatrijott tiegħu tal-Mercedes, George Russell, fil-bidu tal-Grand Prix tal-Qatar, ta’ nhar il-Ħadd li għadda. 

Hamilton, li kien qed jipprova jaqbeż lil Russell u lil-leader tat-tiġrija Max Verstappen min-naħa ta’ barra, qal: “Rajt ir-replay u kien 100% tort tiegħi.”

Hamilton, li kiteb fuq il-media soċjali, żied jgħid: “Nieħu r-responsabbiltà massima.”

Russell qal: “Żgur napprezza li skuża ruħu għal dan. F’kull inċident, jinvolvi żewġ persuni.”

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja deher jikkalkula ħażin hekk kif kien qed idur fl-ewwel kantuniera li Russell ma setax jiċċaqlaq aktar għan-naħa ta’ ġewwa minħabba li l-karozza ta’ Verstappen kienet ħdejn tiegħu.

Ir-rota ta’ wara tal-lemin ta’ Hamilton qabdet dik ta’ quddiem tax-xellug ta’ Russell u t-tnejn ħarġu ‘l barra mill-korsa.

Hamilton irtira mill-ewwel fuq il-post iżda Russell seta’ jkompli fejn ipprova jirkupra mill-aħħar post fi tmiem l-ewwel dawra … biex eventwalment spiċċa fir-raba’ pożizzjoni hekk kif daħal 34 sekonda wara r-rebbieħ u ċ-champion renjanti, Verstappen.

L-objettiv ta’ Hamilton li jimmira li jkollu bidu tajjeb, wara li beda mit-tielet post, kien minħabba li huwa beda fuq tyres soft-compound filwaqt li Verstappen u Russell, li kienu fuq l-ewwel filliera, kienu fuq mediums.

Ekonomija

Sport