Saturday, December 14, 2024

F1: Max Verstappen fil-pole tal-GP tal-Bahrain

Aqra wkoll

Max Verstappen tar-Red Bull ipproduċa wirja kbira biex stabbilixxa l-pole position għall-Grand Prix tal-Bahrain tal-ftuħ tal-is­taġun li se jibda llum.

Iċ-champion tad-dinja kien 0.228 sekondi aktar ve­loċi minn Charles Leclerc tal-Ferrari fit-tieni post. George Russell tal-Mercedes kien it-tielet quddiem Carlos Sainz tal-Ferrari.

Lewis Hamilton tal-Mercedes kien biss id-disa’, 0.225 sekondi wara l-kollega tiegħu Russell.

Sergio Perez tar-Red Bull kien il-ħames, minn Fernando Alonso ta’ Aston Martin u Lando Norris tal-McLaren.

Il-marġni aħħari ta’ Verstappen kien iżgħar milli ħafna fl-F1 stennew li kien se jkun qabel tmiem il-ġim­għa – xi wħud kienu bassru li ċ-champion tliet darbiet kien se jkun 0.5 sekondi ‘l bogħod mill-kumplament.

Madankollu, is-superjo­rit­à tiegħu kienet enfasizzata mill-fatt li Leclerc biss irnexxielu jegħleb fuq tyres ġodda l-ħin li Verstappen kien għamel fuq tyres użati fl-ewwel ġirja tiegħu fil- kwalifikazzjoni finali, u an­ke dak inhar b’0.014 sekondi biss.

Minħabba l-mudell tra­diz­­­zjonali tal-wirja tar-Red Bull, li jara l-vantaġġ tagħhom jestendi fit-tiġrijiet fir-rigward tal-kwalifikaz­zjoni, huwa jidher kważi ċert għall-ewwel rebħa tal-istaġun biex ikompli sensiela ta’ rebħiet ta’ tiġrijiet konsekuttivi li jmorru lura lejn il-Ġappun tard f’Settembru li għadda.

U l-prestazzjoni tiegħu tawgura ħażin għall-avversarji għal staġun kompetittiv wara li ddomina dak pre­ċedenti.  

Leclerc kien biss 0.078 sekondi aktar veloċi minn Russell, b’Sainz 0.100 sekondi biss aktar ‘il bogħod.

It-tiġrija tibda fit-3.10 pm, ħin ta’ Malta. 

Ekonomija

Sport