Marsamxett ġew inkurunati champions tat-Tieni Diviżjoni tal-boċċi wara rebħa konvinċenti ta’ 21-4 kontra Żabbar fil-finali taċ-Championship Pool li ntlagħbet il-Ġimgħa.
Marsamxett taw wirja mill-aqwa u kkontrollaw il-konfront sabiex temmew staġun pożittiv bl-aqwa mod possibbli. Dan is-suċċess ifisser ukoll li t-tim kiseb il-promozzjoni u fl-2027 se jirritorna fl-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi.
Għal Marsamxett lagħbu Dominic Muscat, Twanny Roberts, Paul Tabone, Kenneth Zammit, Nicolai Mallia u Conrad Caruana, filwaqt li Żabbar kienu rappreżentati minn Victor Piscopo, James Grima, Mario Enrique Mancin, Godfrey Cutajar, Stephen Lee Buhagiar u Gaetano Borg.
Il-konfront kien ikkontrollat mir-referee Dillon Abela, assistit minn Redeemer Azzopardi.




