Wirja ta’ vetturi klassiċi bħala parti mill-Malta Classic 2026

Aqra wkoll

Bħala parti mill-Malta Classic 2026, ilbieraħ, f’Villa Bologna, Ħ’Attard, ittellgħet il-wirja “Style & Elegance”, attività li ċċelebrat is-sbuħija, id-disinn u l-istorja ta’ karozzi klassiċi f’atmosfera unika. 

F’din l-attività, il-pubbliku seta’ jammira għażla ta’ karozzi klassiċi ta’ qabel u anke ta’ wara l-gwerra kif ukoll muturi klassiċi. Il-vetturi kienu ġġudikati skont l-istil u l-eleganza tagħhom.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll Richard Hammond, l-eks preżentatur ta’ Top Gear u The Grand Tour, kif ukoll xi sewwieqa barranin li ġabu l-karozzi magħhom u li se jieħdu sehem fit-tlielaq li se jsiru fi tmiem din il-ġimgħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport