Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull), għeleb liż-żewġ avversarji tal-McLaren, l-Awstraljan Oscar Piastri u l-Britanniku Lando Norris, biex rebaħ il-pole position tal-Grand Prix ta’ Emilia Romagna li qabel kien magħruf bħala dak ta’ Imola li 30 sena ilu tilef ħajtu l-leġġendarju Brażiljan, Ayrton Senna.
Verstappen rreġistra ħin ta’ minuta u 14.746 sekondi … 0.074 sekondi aktar veloċi minn Piastri li baqa’ jisfidah sal-aħħar.
Mir-raba’ pożizzjoni se jibda s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u se jkun segwit mill-kollega tiegħu, l-Ispanjol Carlos Sainz.
Iż-żewġ karozzi tal-Mercedes komplew jiddiżappuntaw meta l-Britanniċi, George Russell u Lewis Hamilton, se jibdew mis-sitta u mit-tmien post rispettivament.