Wednesday, July 24, 2024

Boxing: L-Ukren Oleksandr Usyk champion tad-dinja tal-heavyweight

Aqra wkoll

Tyson Fury tilef bil-punti f’deċiżjoni maqsuma f’lejl drammatiku fl-Arabja Sawdija hekk kif Oleksandr Usyk sar l-ewwel champion tad-dinja tal-heavyweight b’erba’ ċintorini.

Il-Britanniku Fury kellu bidu ferm tajjeb fejn ingħata wkoll punti massimi iżda mal-ħin Usyk beda jżid il-prestazzjoni tiegħu, tant, li Fury ġie salvat mill-qanpiena fid-disa’ round.

Fi stennija mimlija tensjoni biex jinqraw l-iscorecards, Fury deher konvint mir-rebħa qabel ma Usyk beda jibki meta ġie kkonfermat bħala r-rebbieħ.

L-iscorecards kienu – 115-112 u 114-113 għall-Ukren, bit-tielet ġudikant jagħti 114-113 lil Fury.

Din kienet tfisser li Fury, 35 sena, tilef  għall-ewwel darba f’karriera professjonali ta’ 16-il sena. Huwa se jikseb opportunità immedjata ta’ vendetta sportiva hekk kif se jerġgħu jiltaqgħu f’Ottubru li ġej.

“Nemmen li rebaħ ftit mir-rawnds, imma jien irbaħt il-maġġoranza,” qal Fury.

“Kienet waħda mill-aktar deċiżjonijiet ħorox fil-boxing.”

Usyk ħa ċ-ċinturin WBC mingħand Fury, biex żied mal-kollezzjoni tiegħu tal-WBA, WBO u IBF.

Ekonomija

Sport