Wednesday, July 24, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position ta’ Imola

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wie­ħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull), għe­­leb liż-żewġ avversarji tal-McLaren, l-Awstraljan Oscar Piastri u l-Britanniku Lando Norris, biex rebaħ il-pole position tal-Grand Prix ta’ Emilia Romagna li qabel kien magħruf bħala dak ta’ Imola li 30 sena ilu tilef ħaj­tu l-leġġendarju Brażiljan, Ayrton Senna. 

Verstappen rreġistra ħin ta’ minuta u 14.746 sekondi …   0.074 sekondi aktar ve­loċi minn Piastri li baqa’ jisfidah sal-aħħar. 

Mir-raba’ pożizzjoni se jibda s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u se jkun segwit mill-kollega tiegħu, l-Ispanjol Car­los Sainz.

Iż-żewġ karozzi tal-Mercedes komplew jiddi­żappuntaw meta l-Britanniċi, George Russell u Lewis Hamilton, se jibdew mis-sitta u mit-tmien post ris­pettivament. 

Ekonomija

Sport