Wednesday, July 24, 2024

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara inċident f’kamra tan-nar f’Ta’ Kandja

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm kien involut f’inċident f’kamra ta’ nar li tinsab fl-inħawi Ta’ Kandja fil-limiti tas-Siġġiewi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żagħżugħ, residenti l-Imqabba kien qed jagħmel xi xogħol relatat mal-logħob tan-nar u seħħ inċident bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi kkawżati minn ħruq.

Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport