Wednesday, April 24, 2024

F1: Sergio Perez jirbaħ il-GP ta’ Singapore

Aqra wkoll

Is-sewwieq Messikan tal-Formula Wieħed, Sergio Perez (Red Bull) rebaħ il-Grand Prix ta’ Singapore meta rreġistra ħin ta’ 2:02:15.238.

Din it-tiġrija kellha tittardja għal aktar minn sie­għa minħabba x-xita qawwija li ħakmet iċ-ċirkwit ta’ Marina Bay.

L-istess Perez ingħata penalitá ta’ ħames sekondi minħabba ksur ta’ regoli meta ħarġet is-safety car. Iżda minħabba l-fatt li kien 7.5 sekondi aktar veloċi minn Charles Leclerc (Ferrari) li temm fit-tieni post, huwa ġie dikjarat rebbieħ.

Fit-tielet post temm Carlos Sainz (Ferrari) biex dan ir-riżultat ifisser li Max Verstappen se jkollu jistenna l-Grand Prix tal-Ġappun biex forsi jirbaħ it-titlu għat-tieni darba nfila meta temm fis-seba’ post.

Sport