Wednesday, April 24, 2024

F1: Sergio Perez jirbaħ il-GP tal-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Is-sewwieq Messikan tal- Formula Wieħed, Sergio Perez (Red Bull) rebaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdija li sar fiċ-ċirkwit ta’ Jeddah. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 1:21:14.894 fejn żamm il- pressjoni tal-kollega tiegħu, l-Olandiż Max Verstappen, li wera l-potenzjal tiegħu meta beda mill-15-il post wara li fil-provi uffiċjali kellu ħsara teknika. 

B’hekk Perez irreċiproka l-Grand Prix tal-Bahrain meta huwa temm fit-tieni post wara Verstappen b’indikazzjoni kbira li t-team tar-Red Bull se jerġa’ jiddomina dan il-kampjonat fejn iż-żewġ sewwieqa diġá fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt.

Fit-tielet post spiċċa l-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin) biex din kienet it-tieni darba konsekuttiva li tela’ fuq il-podju minn daqstant tiġrijiet … segwit miż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes, il-Britanniċi George Russell u Lewis Hamilton b’dan tal-aħħar ikompli jiddiżappunta. 

Il-klassifika hija: 44 – Max Verstappen; 43 – Sergio Perez; 27 – Fernando Alonso; 21 – George Russell; 20 – Carlos Sainz, Lewis Hamilton; 8 – Lance Stroll.

Sport