Thursday, March 28, 2024

FA Cup: Manchester United fis-semi-finali b’rebħa kontra disa’ players

Aqra wkoll

Manchester United ik­kwalifikaw għas-se­mi-finali tal-FA Cup meta għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1 li spiċċaw jilagħbu b’disa’ players.  

Sat-72 minuta, Fulham kienu fil-vantaġġ ta’ 1-0 b’goal ta’  Aleksandar Mitrovic (50) u bdew jiddettaw il-logħob f’Old Trafford filwaqt li r-Red Devils kienu litteralment ineżistenti fejn il-goalkeeper David De Gea salvahom f’bosta okkażjonijiet.

Iżda l-United ngħa­taw pe­nalty meta Willian mess il-ballun b’idu fil-kaxxa fejn tkeċċa l-player Brażiljan … u miegħu tkeċċew ukoll Mitrovic u l-coach Marco Silva wa­ra protesti eċċessivi. 

Prattikament il-partita spiċ­ċat f’dak il-mument meta Bruno Fernandes (75) skorja l-penalty u Marcel Sabitzer (77) irdoppja. 

Fil-ħin miżjud Fernandes issiġilla r-rebħa. 

Sheffield U. v Blackburn– Sheffield United għelbu lil Blackburn Rovers bl-iskor ta’ 3-2 biex huma l-uniku team miċ-Championship mal-aħ­ħar erbgħa. 

Huma kisbu din ir-reb­ħa  fl-aħħar ħinijiet minħabba li sa għaxar minuti mit-tmiem ir-Rovers kienu fil-vantaġġ ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn penalty ta’ Ben Brereton (21) u Sammie Szmodics (60) filwaqt li l-Blades kisbu d-draw momentarju minn Sam Gallagher (28). 

Meta kollox kien qed jindika li Blackburn kienu resqin lejn ir-rebħa, Sheffield skorjaw darbtejn minn  Oliver McBurnie (81) u Tommy Doyle (91). 

Brighton v Grimsby – Brighton ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lit-team ta’ League Two, Grimsby, bl-iskor ta’ 5-0 … bil-protagonisti jkunu De­niz Undav (6), Evan Ferguson (51, 70), Solly March (82) u Kaoru Mitoma (92).

POLOZ TAS-SEMI-FINALI

Brighton v Man Utd

Man City v Sheffield U.

Jintlagħbu f’Wembley fit-22 u fit-23 ta’ April.

Ekonomija

Sport