Saturday, December 21, 2024

F’14-il minuta l-ambulanza tkun fuq il-post f’każ ta’ “Emerġenza Ħamra”

Aqra wkoll

Is-servizz t’emerġenza tal-ambulanzi dejjem jimxi skont l-istess emerġenza ta’ kull każ li jidħol. Dan sostniet id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearn ilbieraħ fil-Parlament.

Waqt li kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Rebekah Borg li staqsiet kemm hu l-ħin medju ta’ stennija minn meta persuna tagħmel kuntatt mal-emerġenza sakemm l-ambulanza tasal fuq il-post.

Id-Deputat Prim Ministru qal li fis-servizz tal-ambulanzi hemm 3 kategoriji li huma Aħmar, Oranġio u Blu. Dawn huma kodiċi li jimxu bihom il-ħaddiema tal-emerġenza għal kull każ li jidħol.

Fil-każijiet fejn il-vettura tar-Rapid Response tintbagħat ukoll, din tasal fuq il-post f’medja ta’ 14-il minuta meta l-każ ikun taħt Kodiċi Ħomor, u fi 19-il minuta f’każ ta’ kodiċi Oranġio, mill-ħin tat-telefonata.

Chris Fearn qal ukoll li d-dipartiment tal-emerġenza jirrispondi bejn 120 u 150 sejħa kuljum.

Ekonomija

Sport