Friday, April 26, 2024

Missjunarju jitlob l-għajnuna tal-Maltin biex jgħin tifla ta’ 11-il xahar

Aqra wkoll

Dun Raymond Portelli, missjunarju Għawdxi li ilu għal dawn l-aħħar snin jaħdem fil-missjoni fil-Perù, għamel appell fuq il-profil tal-midja soċjali tiegħu biex ikun jista’ jgħin tifla ta’ 11-il xahar.

Dun Portelli li hu tabib bi professjoni qal li tifla ta’ 11-il xahar twieldet b’difett fl-imsaren għax ma żviluppawx b’mod komplet.

Hu jgħid li sab din it-tifla f’raħal matul ix-xmara fejn jgħix hu. Għalissa saritilha operazzjoni, iżda hemm bżonn li terġa’ ssir operazzjoni oħra.

Il-missjunarju jgħid li l-Istat tal-Perù se jkun qiegeħd jagħmel din l-operazzjoni b’xejn, iżda hemm bżonn eżami tal-colestografia li ma jsirx l-isptar u għalhekk irid isir fi sptar privat.

“Il-familja ta’ din it-tifla biex isirilha dan l-eżami għandha bżonn tħallas 500 ewro,” qal il-missjunarju. Jirriżulta li l-familja tat-tifla mhux qiegħda f’pożizzjoni li tħallas din is-somma flus minħabba l-faqar li jgħixu fih.

Kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel kuntatt ma’ Dun Raymond Portelli biex jagħti donazzjoni għal din it-tifla jista’ jibgħat messaġġ fuq Whatsapp 0051965764816.

Sport