Wednesday, April 24, 2024

“Ix-xitan jeżisti u jipprova jattakka lil kulħadd” – Papa Franġisku

Aqra wkoll

F’intervista li ta Papa Franġisku fl-aħħar jiem qal li meta kien Arċisqof ta’ Buenos Aires kemm-il darba kellu jsejjaħ eżorċisti biex jgħinu nies li kienu jgħidu li għandhom ix-xitan fihom. Hu wissa li x-xitan mhux biss jeżisti, iżda jipprova jattakk lil kulħadd.

Papa Franġisku kemm ilu fil-kariga kemm-il darba għamel referenza għax-xitan fil-priedki tiegħu fejn dejjem sostna li dan il-ħażen jista’ jieħu diversi forom. Fl-intervista hu qal li l-aktar miri favoritu tax-xitan huma l-mexxejja tagħha u biex tiddefendi ruħek minnu hu li titlob ħafna.

“Li hu żgur li hu x-xitan mhux biss jeżisti, iżda jipprova jattakka lil kulħadd, b’mod partikolari dawn il-persuni li għandhom responsabbilità fil-Knisja Kattolika,” tenna Papa Franġisku.

Meta ġie mistoqsi jekk hu personalment qattx wettaq xi eżorċiżmu, Papa Franġisku qal li hu qatt ma għamel dan it-tip ta’ xol, iżda meta kien Arċisqof kemm-il darba talab is-servizz tal-eżorċisti biex jgħinu persuni li jkunu marru għandu.

“Meta kienet tiġi persuna u tgħid li fiha għandha x-xitan dejjem għaddej il-każ lil żewġ saċerdoti “speċjali” biex dawn jikkonsultaw il-persuna kkonċernata. Irrid ngħid li eżorċista mhux tabib jew xi ħadd li jfejjaq il-mard,” kompla jgħid il-kap tal-Knisja Kattolika li ftit jiem qabel l-Għid il-Kbir kellu jiddaħħal l-isptar minħabba problemi fin-nifs.

Hu kompla jgħid li ż-żewġ saċerdoti aktar tard fil-ħajja kienu qalulu li minn dawk in-nies kollha li bgħat kien hemm tnejn jew tlieta biss li fil-verità kellhom spirtu ħażin fihom. L-oħrajn kellhom mard ieħor fosthom problemi mentali li imbgħad dawn jiġu referuti għal professjonisti oħrajn.

Sport