Monday, October 28, 2024

FA Cup: It-‘tfal’ ta’ Jurgen Klopp jerġgħu jagħmluha

Aqra wkoll

Chelsea, Manchester United, Liverpool u Wolves ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-FA Cup hekk kif rebħu l-partita tagħhom.

Iżda l-akbar bravura għamluha Liverpool meta b’team mimli players żgħażagħ għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 3-0. 

Il-coach, Jurgen Klopp, kien kostrett li jutilizza xejn inqas minn disa’ players tal-Akkademja matul il-logħba kollha minħabba li għandu xejn inqas minn 13-il player li qed jirkupraw minn injury.

Kien Jayden Danns li skorja doppjetta fit-73 u 88 minuti wara li daħal bħala sostitut  wara li Lewis Koumas kien fetaħ l-iskor fl-44 minuta.

 Manchester United ibbukkjaw posthom meta għelbu lil Nottingham Forest b’rebħa sofferta ta’ 1-0 grazzi għall-goal rebbieħ ta’ Casemiro fid-89 minuta.

F’partita mill-aktar eċċitanti, Chelsea għelbu lil Leeds United bl-iskor ta’ 3-2 bil-goal tar-rebħa jasal fil-ħin miżjud minn Connor Gallagher. 

Il-goals l-oħra ta’ Chelsea waslu minn Nicolas Jackson (15) u Mykhail Mudryk (37) waqt li Mateo Joseph (8 u 59) skorja doppjetta għal Leeds.

* Mario Lemina skorja l-uniku goal tal-logħba hekk kif Wolves għelbu lil Brighton 1-0 bil-goal jasal fl-ewwel żewġ minuti. 

Sport