Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter ikabbru l-vantaġġ għal 12-il punt

Aqra wkoll

Fis-Serie A, f’darhom Inter  għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 4-0 biex kabbru l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata tal-klassifika għal 12-il punt hekk kif jersqu aktar lejn ir-rebħ tal-20 titlu fl-istorja tal-club. 

Inter, li rebħu t-tmien logħbiet tal-kampjonat tagħhom fl-2024, jinsabu għandhom 69 punt minn 26 logħba, komdi quddiem Juventus li jinsabu fit-tieni post b’57 u r-rivali Milan fit-tielet post b’53.

“Bħalissa huwa mument sabiħ, iżda nafu li kien fix-xahar li għadda li ksibna dawn it-12-il punt biex nimxu ‘l quddiem,” qal il-coach, Simone Inzaghi.“Irridu nibqgħu ffukati.”

Id-difensur Matteo Darmian poġġa lil Inter fil-vantaġġ fis-26 minuta b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa qabel ma Lautaro Martinez irdoppja fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

Federico Dimarco żied it-tielet għal Inter fl-54 minuta, wara li l-goalkeeper ta’ Atalanta Marco Carnesecchi salva penalty minn Martinez filwaqt li   Davide Frattesi ssiġilla r-rebħa meta kkonkluda bir-ras mill-freekick ta’ Alexis Sanchex.

Ekonomija

Sport