Wednesday, July 24, 2024

Spanja jirbħu l-UEFA Nations League tan-Nisa

Aqra wkoll

Spanja kisbu t-tieni trofew maġġur tagħhom f’sitt xhur meta fil-finali għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 2-0 biex rebħu n-Nations League tan-Nisa

L-Ispanjoli kienu għelbu lill-Ingilterra fil-finali tat-Tazza tad-Dinja f’Awwissu li għadda u goals ta’ Aitana Bonmati u Mariona Caldentey tawhom rebħa komda f’Sevillea.

Ir-rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb, Bonmati, fetħet l-iskor fit-32 minuta qabel ma Caldentey issiġillat ir-rebħa. 

It-team Franċiż, immexxi mill-coach, Herve Renard, rari resaq lejn il-lasti avversarji, tant, li ma kellux xutt wieħed imkwadrat fil-mira.

L-attendenza ta’ 32,657 f’Estadio La Cartuja, stabbiliet rekord ġdid għat-team nazzjonali Spanjol f’pajjiżu.

Ekonomija

Sport