Illum u għada se jintlagħbu s-semi-finali tal-FA Cup li fihom il-favoriti li jgħaddu għall-finali tal-25 ta’ Mejju huma ż-żewġ timijiet ta’ Manchester, is-City u l-United. Iż-żewġ logħbiet se jsiru f’Wembley Stadium.
Manchester City v Chelsea (illum 6.45) – B’wieħed mit-tliet titli tagħhom jiżolqilhom, is-City se jkunu determinati li jevitaw li jitilfu ieħor, fejn potenzjalment ripetizzjoni tal-finali tas-sena l-oħra kontra l-ġirien mill-istess belt għadha fuq il-karti.
Din hija s-seba’ darba fi tmien staġuni taħt Pep Guardiola li s-City waslu sas- semi-finali tal-FA Cup, u huma l-ewwel team fl-istorja ta’ 153 sena tal-kompetizzjoni li laħqu l-aħħar erbgħa f’sitt kampanji konsekuttivi.
Madankollu, huma għamlu biss progress minn tnejn mis-sitt logħbiet preċedenti tagħhom tas-semi-finali taħt Guardiola – kontra Brighton fl-2019 u Sheffield United fl-2023 – u tlieta mill-erba’ telfiet tagħhom waslu kontra timijiet ta’ Londra (tnejn kontra Arsenal, waħda kontra Chelsea).
Minħabba t-tibdil strett mil-logħob ta’ 120 minuta kontra Real Madrid nhar l-Erbgħa, għad irridu naraw jekk Guardiola hux se jħawwad il-pakkett tiegħu.
Wieħed li żgur se jżomm postu huwa Rodri, li skorja fiż-żewġ logħbiet tal-kampjonat tas-City kontra Chelsea dan l-istaġun. Huwa qatt ma skorja fi tliet dehriet konsekuttivi kontra l-istess avversarju fil-kompetizzjonijiet kollha qabel.
Is-City għandhom lil Erling Haaland, Kevin De Bruyne u Manuel Akanji dubjużi, li kollha kienu fi skumdità qabel ma ġew sostitwiti kontra Madrid.
Coventry v Manchester United (għada 4.30) – L-unika ħarġa preċedenti fis-semi-finali ta’ li Sky Blues rathom jegħlbu lil Leeds United 3-2 fil-ħin barrani f’April, 1987, qabel ma rebħu lil Tottenham bl-istess skor f’finali klassika fix-xahar ta’ wara.
Madankollu, il-players ta’ Mark Robins jistgħu biss jiffansjaw iċ-ċansijiet tagħhom li jħassru lill-avversarji li ffaċċjaw 340 xutt fil-kompetizzjonijiet kollha mill-bidu tas-sena – aktar minn kwalunkwe team ieħor mill-aqwa erba’ diviżjonijiet tal-Ingilterra.
Coventry skorjaw 19-il goal f’ħames logħbiet tal-FA Cup dan l-istaġun, l-aktar minn team mhux tal-aqwa livell f’kampanja waħda minn meta Wrexham skorjaw 22 darba fl-1977-78.
Għall-United u Erik ten Hag, jidher li jkun każ ta’ FA Cup jew ta’ falliment, bit- tamiet tagħhom li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League f’nofs ġirja ta’ erba’ logħbiet mingħajr rebħa (D3, T1) li ħalliethom 13-il punt ‘il bogħod minn Aston Villa u niżlu taħt Newcastle United fis-seba’ post.
Ir-Red Devils forsi kellhom ix-xorti li ħarġu mill-Vitality Stadium bi draw ta’ 2-2 kontra Bournemouth nhar is-Sibt, b’intervent tal-VAR iċaħħad liċ-Cherries penalty fil-ħin miżjud meta l-foul ta’ Willy Kambwala fuq Ryan Christie ġie ġudikat li seħħ barra l-kaxxa.
Il-United jittamaw li ritorn għall-azzjoni tat-tazza jagħtihom spinta, peress li ma daqux rebħa mit-trijonf eċċitanti tagħhom fil-ħin barrani fuq Liverpool fl-aħħar round.