Friday, May 3, 2024

Serie A: Inter jistgħu jkunu champions b’rebħa fuq Milan

Aqra wkoll

It-33 ġurnata tas-Serie A, tista’ tkun ġurnata speċjali hekk kif Inter jiġu dikjarati champions jekk nhar it-Tnejn jegħlbu lil Milan.  

Partita oħra interessanti hija dik bejn Cagliari u Juventus hekk kif dawn tal-aħħar jimmiraw li jżommu t-tielet pożizzjoni.

Is-sorpriża ta’ dan l-is­taġun, Bologna jilagħbu f’kon­front dirett kontra Roma għall-kisba tar-raba’ post li jfisser biljett għall- UEFA Champions League.  

Milan v Inter – Wara li ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 f’darhom kontra Ca­gliari, Inter jilagħbu fid- Derby Della Madonnina, meta jaffrotnaw lir-rivali eterni Milan, fi Stadio San Siro. 

It-team immexxi mill-coach Simone Inzaghi għandu vantaġġ ta’ 14-il punt fil-quċċata tal-klassifika fuq l-istess Rossoneri u għal­daqstant rebħa tkun iċ-ċirasa fuq il-kejk fejn jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-titlu.   

Dan se jkun il-180 derby bejn iż-żewġ timijiet fejn fil-179 preċedenti, Milan reb­ħu 54 filwaqt li Inter reb­ħu 69.  Barra minn hekk ir-Rossoneri skorjaw 230 goals filwaqt li n-Nerazzurri skorjaw 256. 

Milan ġejjin minn draw diżappuntanti ta’ 3-3 kontra Sassuolo li jinsabu fit-tieni post mill-aħħar u viċin li ji­tilfu posthom mal-kbar. 

Huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż Ma­lick Thiaw u l-imweġġgħin Simon Kjaer, Pierre Kalulu, Alex Jimenez u Tommaso Pobega.

Min-naħa l-oħra, l-Inte­ris­tI għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni. 

Roma v Bologna – F’partita diretta, Roma jospitaw lil Bologna fit-taqtiegħa għar-raba’ post. 

Bħalissa Bologna qed igaw­du din il-pożizzjoni b’vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess Roma. 

Għaldaqstant, il-pressjoni tinsab kollha fuq Roma minħabba li rebħa biss tib­qa’ tittamahom li staġun ieħor jilagħbu fl-aqwa kompetizzjoni Ewropea.  

Peró, il-fatt li se jilagħbu f’darhom, jibdew b’vantaġġ psikoloġiku. 

Min-naħa l-oħra, rebħa għal Bologna tkun tfisser li t-team immexxi mill-coach, Thiago Motta, jibqa’ fit-triq it-tajba biex jikteb l-istorja biex jikkompeti mat-timi­jiet elite tal-Ewropa.  

Roma għandhom neqsin lil Evan Ndicka u Sardar Azmoun filwaqt li Bologna ma jistgħux jinkludu lil Lewis Ferguson, Jens Odgard u Adama Soumaouro … kollha mweġġgħin.

Cagliari v Juventus – Juventus imorru Sardinja biex jilagħbu kontra Cagliari li jinsabu fin-naħa t’isfel tal- klassifika u prattikament maqbuda wkoll fit-taq­tie­għa għas-salvazzjoni.  

Iż-żewġ timijiet ġejjin minn draw – Cagliari bl-iskor ta’ 2-2 għand Inter filwaqt li Juventus iddiżappuntaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra Torino. 

Il-Bianconeri għandhom neqsin lill-imweġġa’ Arkadiusz Milik filwaqt li Nicolo Fagioli huwa sospiż.

Min-naħa l-oħra, Leonardo Pavoletti, Marco Mancosu u Marko Rog huma neqsin għal Cagliari.    

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport