Manchester United ikkwalifikaw għar-raba’ round tal-FA Cup meta għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 3-1.
Marcus Rashford reġa’ kien l-ispirazzjoni tat-team hekk kif skorja għal ħames logħba konsekuttiva.
Ir-Red Devils ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor minn Antony li kkonkluda mill-cross ta’ Rashford.
Iżda fit-13-il minuta, Everton kisbu d-draw meta David De Gea kkommetta żball kbir billi ma żamm il-cross ta’ Neal Maupay li deher mingħajr periklu biex daħal Conor Coady u xeħet fix-xibka.
Peró, fit-52 minuta, l-istess Coady kellu l-isfortun li jixħet fix-xibka tiegħu stess mill-cross ta’ Rashford.
Fil-ħin miżjud dan tal-aħħar inkuruna l-wirja tiegħu billi skorja t-tielet goal minn penalty.