Thursday, April 18, 2024

Football tan-Nisa: Man Utd wisq b’saħħithom għal Birkirkara

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Birkirkara…………………0

Manchester United….10

F’partita ta’ ħbiberija waqt kamp ta’ taħriġ li t-team tan-nisa ta’ Manchester United qed jagħmel f’pajjiżna, ir-Red Devils, irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Birkirkara, meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 10-0, f’partita li huma ddominaw b’mod assolut mill-bidu sat-tmiem.

Ir-Red Devils għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta Alessia Russo għaddiet tajjeb lejn il-player jnternazzjonali Norveġiża VILDE BOA RISA li minn taħt il-lasta tefgħet il-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Huma komplew fuq l-offensiva u mal-kwarta logħob, xutt minn pożizzjoni ideali tal-Ispanjola Lucia Garcia għadda ftit barra.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tat-team minn Old Trafford u fis-17-il minuta rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tal-player internazzjonali Ingliża, ALESSIA RUSSO, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Lanqas kienet għaddiet minuta li Birkirkara m’għamluhomx tlieta permezz ta’ ALESSIA RUSSO li minn taħt il-lasta għelbet lill-goalkeeper internazzjonali Maltija tal-Istripes, Janice Xuereb, biex b’hekk irreġistrat doppjetta personali fi spazju ta’ ftit sekondi.

Huma skorjaw ir-raba’ goal fil-35 minuta meta Vilde Boe Risa kellha d-daqqa ta’ ras tagħha mill-viċin salvata parzjalment minn Janice Xuereeb, biex mir-rebound l-istess VILDE BOE RISA tefgħet ġewwa.

Minuta biss wara, ir-Red Devils għamluhom ħamsa meta LUCIA GARCIA kellha xutt mid-distanza li ntemm fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Birkirkara wieġbu għall-ewwel darba fil-41 minuta meta ż-żagħżugħa ta’ 15-il sena Sara Saliba avvanzat tajjeb iżda kellha l-konklużjoni tagħha erratika li ntemmet barra.

Iżda kienu Manchester United li skorjaw is-sitt goal fl-34 minuta meta wara li rċeviet minn cross ta’ Batlle Ona, GRACE CLINTON, kienet fil-post it-tajjeb fil-mument opportune u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefgħet ġewwa.

Huam komplew jattakkaw u fid-39 minuta, is-solita Alessia Russo, kellha daqqa ta’ ras mill-viċin li ħabtet mal-wieqfa, bl-Istripes jeħilsuha ħafif.

Bir-rebħa tkun ilha diġá assigurata, fit-tieni taqsima, Man Utd naqsu ftit mir-rendiment tagħhom.

Dan sas-70 minuta, ir-Red Devils skorjaw is-seba’ goal permezz ta’ xutt mid-distanza tas-sostitut JADE MOORE li ma ta l-ebda ċans lil Janice Xuereb.

Tmien minuti wara, Man Utd, għamluhom tmienja permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ NIKITA PARRIS.

Fit-82 minuta, huma skorjaw id-disa’ goal minn daqqa ta’ ras minn pożizzjoni ideali ta’ MARTHA THOMAS.

Fid-90 minuta, Man Utd issiġillaw ir-rebħa permezz tal-għaxar goal permezz ta’ xutt mill-ewwel ta’ JADE MOORE.

Birkirkara: 1-Janice Xuereb, 17-Yasmine Marie Azzopardi, 20-Michela Felice (19-Marta Grosso 46), 5-Stephania Farrugia, 27-Valentina Rapa, 2-Gabriella Zahra, 3-Annmarie Said, 9-Alishia Sultana (6-Samantha Zarb 86), 23-Mariah Cardona (13-Raina Giusti 46), 14-Veronique Mifsud (11-Izabella Camilleri 86), 26-Sara Saliba Coach: José Borg

Mancheseter United: 27-Mary Earps, 2-Ona Batlle (46-Kiera Barry 62), 5-Aoife Mannon, 8-Vilde Boa Risa, 10-Katie Zelem, 15-Maya Le Tusser, 17-Lucia Garcia, 19-Adrian Leon, 23-Alessia Russo, 26-Grace Clinton, 45-Jessica Simpson (6-Hannah Blundell 31) Coach: Marc Skinner

Referee: Joanna Vassallo

Ass. Referees: Stefania Bonnici, Paula Buttigieg

Raba’ Uffiċjal: Monika Dashtevska

Skorers: V. Boa Risa 8, 35, A. Russo 17, 18, G. Clinton 34, L.Garcia 36, J. Moore 70, 90, N. Parris 78, M. Thomas 82 (M)

Ammoniti: Ħadd

Attendenza: 1,053

Ekonomija

Sport