Wednesday, April 24, 2024

Predatur sesswali tat-tfal jinqabad permezz ta’ avvanzi fit-teknoloġija

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-teknoloġija tgħin f’diversi sferi u wieħed mis-setturi li għenet bil-kbir huwa dak tal-investigazzjonijiet tal-pulizija. F’aħbar li tat tama ġdida predatur sesswali li kien jagħżel vittmi ta’ età żgħira, ġie arrestat wara li setgħu jidentifikawh bl-użu ta’ teknoloġija ġdida li tirkupra d-dettalji tal-wiċċ meħuda f’ritratti maħduma bil-pixels.

Martyn Armstrong, ta’ 50 sena minn Pembrokeshire, kien jiddokumenta lilu nnifsu waqt li kien jistupra tfal b’wieħed minnhom bl-età ta’ sena biss. Dan il-predatur kien ilu jagħmel dawn l-atti krudili għal snin sħaħ biex imbagħad jippubblikahom fuq id-Dark Web. 

F’Lulju li għadda huwa kien arrestat u issa nstab ħati ta’ 41 kapi ta’ akkuża fuq stupru ta’ minuri, kif ukoll ħati talli għamel u kellu fil-pussess tiegħu ritratti indiċenti ta’ tfal.

Sport