Monday, December 23, 2024

FA Cup: West Ham eliminati minn Bristol City

Aqra wkoll

Meta ntlagħbu r-replays tat-tielet round tal-FA Cup, is-sorpriża tal-ġurnata kienet l-eliminazzjoni ta’ West Ham mit-team taċ-Championship, Bristol City, bl-iskor ta’ 1-0. 

L-uniku goal tal-partita wasal wara biss tliet minuti minn Tommy Conway. Fil-51 minuta, il-Hammers spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Said Benrahma għal-ritaljazzjoni. 

F’partita mill-aktar eċċitanti bejn żewġ timijiet tal-Premier League, Wolves għelbu lil Brentford 3-2 fil-ħin barrani. 

Il-goal tagħhom waslu minn Nelson Semedo (36), Nathan Fraser (72) u Matheus Cunha (105 pen) filwaqt li Nathan Collins (13) u Neal Maupay (52) skorjaw għall-Bees. 

Barra minn darhom, Luton Town dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra t-team mil-League One, Bolton Wanderers. L-iskorers kienu Tahith Chong (15) u Chiedozie Ogbene (57) wara li Dion Charles (11) fetaħ l-iskor għat-team ospitu. 

Birmingham City qatgħu l-passaġġ għar-raba’ round b’rebħa ta’ 2-1 fuq Hull City. Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Jason Lokilo (12) iżda Jay Stansfield (66) u Koji Miyoshi (93) dawru r-riżultat favur Birmingham. 

Newport marru għand in-non-league club, Eastleigh, u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 biex issa jilqgħu lil Manchester United fir-round li jmiss. 

Il-goals tagħhom waslu minn Aaron Wildig (3), James Clarke (60) u Will Evans (79) filwaqt li Paul McCallum (48) kiseb id-draw momentarju għal Eastleigh. 

Ekonomija

Sport