Friday, December 20, 2024

FA Trophy: Marsaxlokk b’rebħa faċli fuq Zejtun C.

Aqra wkoll

Marsaxlokk ….. 5

Zejtun C. ……….0

Marsaxlokk xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida tat-team miċ-Challenge League, Zejtun Corin­thians bl-iskor ta’ 5-0 biex għaddew mal-Aħħar 16.

Is-superjoritá territorjali, tax-Xlukkajri kienet evidenti b’Zejtun jippruvaw iwettqu xi forma ta’ reazzjoni.

Għax-Xlukkajri ddebutta bejn il-lasti il-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona, wara li ngħaqad magħhom proprju fil-jiem li għaddew.

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta wara li rċieva minn free-kick insidjuż ta’ Yuri De Jesus Messias, Sunday Akinbule, minn taħt il-lasti kellu d-daqqa ta’ ras tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper Andy Gilson.

Fis-26 minuta, ix-Xlukkaj­ri fetħu l-is­kor meta YURI DE JESUS MESSIAS dar tajjeb ma’ di­fensur u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Mar­sa­xlokk komplew jid­dominaw u fil-35 minuta, irduppjaw l-iskor meta SUNDAY AKINBULE avvanza u b’xamma kbira għall-goal, xeħet il-ballun fix-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fit-53 minuta għamluhom tlieta meta Yuri De Jesus Messias twaqqa’ fil-kaxxa, iżda r-re­feree, Glen Tonna, minflok ordna l-penalty, ta l-vantaġġ, bil-ballun jintemm għand SAMUEL BOAKYE li minn taħt il-lasti spara ġewwa.

Huma komplew jippressaw u fit-62 minuta, xutt ta’ Sunday Akinbule mill-viċin ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Żejtuni.

Kulma jmur kompla d-dominju assoluut tax- Xlukkajri u fil-65 minuta, skorjaw ir-raba’ goal permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ JACOB WALKER li ma ta l-ebda ċans lil Gilson isalva. 

Fit-80 minuta, Marsa­xlokk issiġillaw ir-rebħa per­mezz tal-ħames goal li wasal minn  daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ DIEGO PIRES DALL’OCA, li għeleb għal kollox lill- goalkeeper tal-Corinthians, Gilson.

Marsaxlokk komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Eder Soares da Silva, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat (30-Ryan Scicluna 69), 8-Jake Ghio, 10-Yuri De Jesus Messias (11-Duane Bonnici 69), 17-Jacob Walker, 23-Samuel Boakye (2-Kaylon Dimech 73), 27-Leandro Aguirre (Anthony Obonogwu 69), 28-Nikola Raden (33-Diego Pires Dall’Oca 69), 88-Sunday Akinbule   – Coach: Winston Muscat

ZEJTUN C.: 26-Andy Gilson, 2-Josmar Galea, 3-Josiah Mallia, 4-Matheus Freitas, 6-Jamie Cutajar (21-Christopher Galea 66), 7-Matthew Mifsud (8-Isaiah Micallef 46), 9-Leon Borg (10-Bjorn Buhagiar 46), 11-Jamie Sixsmith (22-Kieran Paul Fenech 46), 16-Keith Attard (20-Kenrick Farrugia 71), 18-Fahad Bardino, 30-Filho Jairo Santis De Oliveira   – Coach: Ivan Casha

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: James Muscat, David Castillo

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: Y. De Jesus Messias 26, S. Akinbule 36, S. Boakye 52, J. Walker 65, D. Pires Dall’Oca 80 (M)

AMMONITI: J. Galea, M. Silva, F. Bardino (ZC)

Ekonomija

Sport