Sunday, December 22, 2024

FA Trophy: Mosta jiddominaw u jgħaddu mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Mosta ………….5

Luqa SA ………0

Mosta kellhom passaġġ faċli għall-Aħħar 16 tal-FA Trophy meta għelbu lit-team taċ-Challenge League li jinsab fil-qiegħ tal-klassifika ta’ Grupp B, Luqa St. Andrew’s, bl-iskor ta’ 5-0 … bil-protagonisti jkunu William Donkin u Zachary Brincat li skorjaw trippletta u doppjetta rispettivament.

Anke jekk serrħu numru ta’ players regolari, il-Mostin iddominaw hekk kif skorjaw żewġ goals kmieni u żiedu ieħor lejn tmiem l-ewwel taqsima biex wara l-mistrieħ, issiġġillaw ir-reb­ħa b’ żewġ goals oħra.

Fir-round li jmiss, Mosta se jsibu jistennewhom ir-rebbieħa tal-logħba bejn Birkirkara u Fgura United li tintlagħab proprju llum.

Il-Mostin kellhom bidu tajjeb meta wara biss għaxar minuti fetħu l-iskor.  Michael Mifsud għadda l-ballun b’ mod intelliġenti fuq il-lemin lejn ZACHARY BRINCAT li daħal tajjeb u minn pożizzjoni angolata għeleb lill-goalkeeper Villar Flores.

Ħames minuti wara, Mos­ta għamluhom tnejn. Jonas Rodriguez Ekani bidel il-ballun ma’ Mifsud qabel għadda tajjeb lejn ZACHARY BRINCAT li antiċipa lill-goalkeeper ta’ Luqa b’xutt ieħor angolat bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima huma komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ hekk wara biss seba’ minuti skorjaw it-tielet goal meta WILLIAM DONKIN interċetta pass qasir ta’ avversarju f’nofs il-ground u temm azzjoni personali li fiha qabeż numru ta’ players b’xutt fil-baxx li ma ta ebda ċans lil Villar Flores isalva.

Fil-61 minuta, il-Mostin komplew ikabbru l-iskor meta WILLIAM DONKIN seraq il-ballun lil Kayode Olowoyo f’tarf il-kaxxa u għeleb lill-goalkeeper b’xutt fil-baxx.

Fit-73 minuta, L-is­tess WILLIAM DON­KIN għaqqad il-hat-trick personali meta rċieva ballun fuq ix-xellug mingħand Sean Sciberras u b’xutt b’saħ­ħtu għeleb lill-goalkeeper tal-Luqin għall-aħħar darba.

MOSTA: 37-Christoffer Mafoumbi (1-Dylan Ciappara 59), 5-Rui Manuel Fernandes da Silva, 7-William Donkin, 9-Michael Mifsud, 16-Gianluca Sciberras, 21-Nathan Agius, 24-Owen Sammut, 27-Youri Loen, 30-Luis Riascos (15-Dale Mifsud 46), 77-Zachary Brincat, 98-Jonas Ekani Rodriguez (2-Sean Schembri 46)   – Coach: Joseph Grech

LUQA SA: 79-Pablo Villar Flores JR (99-Jake Taliana 84), 5-Kayode Victor Olowoyo, 9-Adrian Misael Muro Hernandez (38-Miguel Abela 84’), 10-Alan Abdel Rahman (33-Nathan Frendo 46), 16-Daniel Camilleri, 18-Andy Camilleri, 21-Ryan Schembri (6-James Vella 63), 22-Kieran Degiorgio, 32-Chibuzor Lucky Nwaogu (11-Joshua Micallef 36), 77-Andrew Joseph Sant, 98-John Enoto Etim  – Coach: Edmond Lufi

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: Z. Brincat 10, 15, W. Donkin 38, 61, 73 (M)

AMMONITI: A. Sant (LSA); G. Sciberras (M)

Ekonomija

Sport