Wednesday, March 27, 2024

Qed isir studju dwar l-impatt tal-qafas soċjali fuq is-saħħa mentali

Aqra wkoll

… ir-riżultati mistennija joħorġu din is-sena

Is-Superintendenza tas-Saħħa Pubblika qed tagħmel studju bil-għan li jiġi mistħarreġ l-impatt li l-qafas soċjali għandu fuq is-saħħa mentali tan-nies u b’hekk ikun jistgħu jiġu indirizzati. Dan l-istudju, li fih qed jipparteċipa wkoll il-Mental Health Services, mistenni jkun konkluż din is-sena.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ta elenku sħiħ dwar l-istrateġija dwar is-saħħa mentali u xi twettaq minnha minn meta kienet varata fl-2019.

Huwa fisser li qed jiżdied l-għarfien dwar is-saħħa mentali billi professjonisti fil-qasam qed jużaw pjattaformi diversi, fosthom diskussjonijiet fil-komunità, mal-kunsilli lokali u mal-pulizija minbarra sehem fi programmi fuq il-midja tradizzjonali u soċjali.

Irrefera wkoll għall-użu ta’ sustanzi lleċti u kif qed tiżdied il-koperazzjoni bejn il-professjonisti fis-saħħa mentali u organizazzjonijiet mhux governattivi f’dan ir-rigward bil-ħsieb li tiżdied is-sinerġija bejniethom permezz ukoll ta’ stħarriġ tal-infermiera li jaħdmu ma’ dawn il-klijenti biex joffru servizz aħjar ta’ terapija.

Hemm ukoll tobba li qed jitħarrġu biex jispeċjalizzaw bħala tobba tal-familja li fil-kors tagħhom qed jagħmlu tliet xhur fil-qasam tas-saħħa mentali sabiex b’hekk iżidu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam.

Il-Ministru Fearne semma wkoll il-bini ta’ sptar psikjatriku ġdid biswit l-isptar Mater Dei biex b’hekk titneħħa l-istigma assoċjata mal-isptar kurrenti. Barra minhekk se tiġi faċilitata l-koperazzjoni bejn iż-żewġ sptarijiet billi jissaħħu s-servizzi psikjatriċi ġewwa Mater Dei u s-servizzi għal mard fiżiku f’pazjenti ġewa l-isptar psikjatriku.

Tkellem ukoll dwar l-iżvilupp u t-tkomplija tas-servizzi ta’ emergenza, is-servizzi fil-komunità, is-support lil persuni b’diżordni mentali, it-tisħiħ tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa mentali u l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda li lkoll għandhom l-għan li jtejbu mhux biss is-servizzi eżistenti imma wkoll dak kollu li għad irid jitwettaq minn din l-istrateġija fil-qasam tas-saħħa mentali.

Ekonomija

Sport