Saturday, December 21, 2024

FA Trophy: Rebħa komda għal Birkirkara fuq Fgura United

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Birkirkara …….4

Fgura United …0

Birkirkara kkwalifikaw għall-Aħħar 16 tal-FA Trophy meta għelbu lit-team miċ-Championship, Fgura United, bl-iskor ta’ 4-0.

Minkejja li Birkirkara ma għamlux xi affarijiet kbar, xorta waħda dehret evidenti d-differenza u l-esperjenza bejn iż-żewġ timijiet hekk kif wieħed jinsab fit-tielet post tal-ogħla diviżjoni u l-ieħor jinsab fis-sitt post tas-sezzjoni rispettiva tad-diviżjoni inferjuri.

Issa fir-round li jmiss huma se jaffrontaw lill-ġirien Mosta li għandu jkun konfront ferm interessanti.

Birkirkara ħarġu tajjeb u fit-12-il minuta fetħu l-iskor meta Enrico Pepe xeħet through-pass lejn LUKE MONTEBELLO li avvanza, u għeleb lill-goalkeeper, Julian Azzopardi.

Huma komplew jikkonvinċu u sitt minuti wara rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt ta’ JEFFERSON MACEDO minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Julian Az­zopardi jsalva.

L-Istripes komplew jiddominaw u fis-26 minuta għamluhom  tlieta meta wara li rċieva minn cross fuq il-lemin, Kurt Zammit għadda tajjeb lejn KILIAN BEVIS li mill-viċin tefa’ ġewwa. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, komplew bl-is­tess ritmu u fid-49 minuta għamluhom erbgħa meta minn azzjoni ta’ corner, FEDE­RICO FALCONE, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Fis-60 minuta Fgura wieġbu għall-ewwel darba meta Donys Quintero, li kien ilu biss tliet minuti fil-ground, ipprova jillobbja l-ballun minn fuq il-goalkeeper tal-Istripes Julani Archibald, iżda dan tal-aħħar salva taj­jeb.

Bir-rebħa diġá assigurata, Birkirkara, naqqsu ftit mir-rendiment tagħhom f’din it-taqsima iżda komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita … bi Fgura f’xi waqtiet jippruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni iżda qatt ma ħabbtu lill-Karkariżi hekk kif id-difiża tal-Istripes annullat għal kollox kull attakk tat-team immexxi mill-coach Kevin Vella.

BIRKIRKARA: 95-Julian Archibald, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello (10-Paul Mbong 46), 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (15-Matteo Gambin 66), 21-Ryan Scicluna (24-Owen Sciberras 75), 27-Leandro Aguirre (16-Jed Valletta 66), 30-Kilian Bevis, 70-Jefferson Macedo, 77-Diego Venancio (8-Claudio Bonanni 46)  – Coach: André Paus

FGURA U.: 22-Julian Azzoaprdi, 4-Lee Pisani (3-Carl Ciantar, 7-Dylan Caruana (23-Donys Quintero 57), 9-Conrado Rafael Prudente (11-Jose Costa Silva Everton 57), 10-Jeremy Micallef (28-Gabriel Borg 75), 12-Matthew Brincat (8-Francis Thomas Grech 57), 13-Jake Stensen, 14-Kenny Gandini, 15-Joey Reno Vella, 17-Jeremy Cassar, 21-Shawn Borg   – Coach: Kevin Vella

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORERS: L. Montebello 12, J. Macedo 18, K. Bevis 26, F. Falcone 49 (B)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport