Monday, May 13, 2024

FA Trophy S/F: Birkirkara jpattu qares għall-okkażjonijiet falluti ta’ skor

Aqra wkoll

Birkirkara ……..0

Sliema W. ……..1

(wara l-ħin barrani)

Sliema Wanderers se jaffrontaw lir-rivali antiki Floriana fil-finali tal-FA Trophy, li se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, meta fis-semi-finali għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0, fil-ħin barrani.

Iżda, fil-veritá Birkirkara setgħu rebħu l-partita fil-ħin normali għax bejn il-bravuri tal-goalkeeper Sli­miż, Ra­shed Al-Tumi u bejn it-traskuraġni quddiem il-lasti avversarji … pattew qares għal dawn in-nuqqasijiet.

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta b’xutt ta’ Paul Mbong li għadda għoli.

Il-Wanderers wieġbu fit-28 minuta minn free-kick ta’ Samuel Gomes da Mata li kien wieħed  ċentrali.

Fl-40 minuta, l-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu meta Alex Satariano għadda ta­j­jeb lejn Kurt Zammit li kellu x-xutt mid-distanza salvat bi bravura mill-goalkeeper, Rashed Al Tumi.

Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, kellu jkun il-goalkeeper, Zapytowski, biex salva t-tentattiv ta’ Vito Plut li fil-veritá seta’ għamel aħjar. 

Fit-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aħjar u fit-62 minuta fallew ċans tad-deheb meta Enmy Pena Beltre għadda bir-ras lejn Simon Zibo iżda x-xutt tiegħu ġie devjat f’corner minn Myles Beerman.

Fis-70 minta, l-Istripes reġgħu resqu viċin meta Maxuell Maia ħarab waħdu iżda ġie antiċipat mill-ħarġa tal-goalkeeper Al-Tumi biex il-ballun wasal għand Alex Satariano u l-istess goalkeeper Slimiż intefa’ f’sa­qajh biex evita goal ċert.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-84 minuta Alex Satariano serva fuq platt tal-fidda lil Paul Mbong li avvanza waħdu u bl-għajta tal-goal ra lil Al-Tumi jsalva t-tenattiv tiegħu bi bravura biex żamm lis- Slimiżi fil-partita.

Żewġ minuti biss wara Alessandro Coppola xeħet cross mil-lemin li sab lil Paul Mbong li kien ġej bil-ġirja iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu spiċċat għoli.

L-iskor baqa’ dak ta’ mingħajr goals biex kellu jintlagħab il-ħin barrani.

U proprju, fil-114-il minuta, il-Wanderers skorjaw l-uniku goal tal-partita meta ngħataw penalty għal foul ta’ Alessandro Coppola fuq Mohamed Awad … li minnu JOSEPH MINALA bagħat lill-goalkeeper Zapytowski fuq in-naħa l-ħażina.

Peró, fil-122 minuta tkeċċa Edmond Agius għal foul ikrah fuq Nicholas Agius. 

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowosky, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (Andrea Zammit 106), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (23-Nicholas James Agius 118), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (30-Nathan Cross 118), 25-Neil Micallef (15-Kai­den Fenech 106), 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong, 42-Simon Zibo, 91-Maxuell Maia (99-Andrei Ciolacu 83) – Coach: José Borg

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Minala, 9-Vito Plut (19-Daniil Kondrakov 86), 10-Samuel Gomes da Mata (77-Mohamed Awad 76), 11-Myles Beerman, 13-James Arthur (21-Neil Frendo 91), 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Kouao, 31-Henrique Murillo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (18-Edmond Agius 102)   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: J. Minala 116 pen (SW)

AMMONITI: A. Satariano, S. Zibo, A. Coppola (B), M. Beerman, D. Kouao (SW)

TKEĊĊA: E. Agius 122 (SW)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport