Monday, May 13, 2024

UCL: Real Madrid fil-finali b’żewġ goals lejn it-tmiem

Aqra wkoll

Real Madrid…………. 2

Bayern Munich……… 1

(Agg.: Real Madrid 4-3)

Real Madrid dawru telfa f’rebħa fit-tieni leg tas- semi-finali tal-UEFA Champions League biex għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-1 u kkwalifikaw għall- finali b’aggregate ta’ 4-3. 

B’hekk, fl-1 ta’ Ġunju, f’Wembley Stadium huma se jiltqgħu kontra Borussia Dortmund.

L-ewwel azzjoni pe­ri­koluża waslet fl-14-il minuta, minn Real Madrid meta f’attakk korali, Vinicius Jr laqat il-lasta u mir-rebound Rodrygo ra lill-goakeeper Manuel Neuer iwettaq save kbir biex evita goal ċert.

Fit-28 minuta, Bayern resqu ferm viċin meta Harry Kane venven xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa u bil-ballun deher dieħel fix-xibka ma’ sieq il-lasta, il-goalkeeper Andriy Lunin dawwar f’corner b’titjira spettakolari.

Fis-60 minuta, Neuer salva ġmiel ta’ free-kick ta’ Rodrygo  u żewġ minuti wara l-istess Neuer salva b’diffikultá fuq Vinicius Jr.

Fit-68 minuta, Bayern fetħu l-iskor meta Harry Kane xeħet fit-tul lejn Alphonso Davies li daħal fil-kaxxa … dar ma’ Antonio Rudiger u b’xutt imdawwar xeħet il-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Fit-72 minuta, l-istess Alphonso Davies ikkommetta auto-goal iżda ġie mħassar għal foul ta’ Nacho fuq Joshua Kimmich.

Madankollu żewġ minuti mit-tmiem, Real kisbu d-draw me­ta Joselu approfitta minn żball ta’ Manuel Neuer li ma żammx ix-xutt ta’ Vinicius Jr.

U proprju fit-92 minuta huma kisbu l-goal tar-reb­ħa meta Antonio Rudiger xeħet cross fil-baxx biex l-istess Joselu sammar il-ballun fix- xibka.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport