Saturday, May 4, 2024

FAMALCO tiċċelebra l-jum dinji tal-banana

Aqra wkoll

F’attività li saret fl-iskola Primarja Mater Boni Consilii ta’ Raħal Ġdid, l-istudenti tal-ewwel u t-tieni grad ingħataw aktar għarfien dwar l-importanza li tħalli l-frotta tal-banana fid-dieta tagħna ta’ kuljum. Din l-attività saret fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali tal-banana li jaħbat proprju nhar il-21 t’April.

F’dan l-ambitu, l-istudenti tgħallmu dwar l-oriġini tal-banana u l-istorja tagħha, in-natura u l-benefiċċji marbuta mas-saħħa li din il-frotta tħalli. Aktar minn hekk bħala parti minn din l-inizjattiva, Manouche organizzat attività li fiha l-istudenti tgħallmu jagħmlu wkoll il-‘banana split’.

“Our School Goes Bananas” hija parti wkoll mill-inizjattivi marbuta mar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-grupp Famalco mħejjija għal din is-sena.

Sport