Wednesday, March 27, 2024

“F’din il-Ġimgħa qaddisa ma nistgħux ninsew lil ħutna fl-Ukrajna” – l-Arċisqof 

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa

Il-Knisja Kattolika tat bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm li tfakkar id-dħul trijonfali ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, ftit jiem biss qabel il-Passjoni u l-Mewt tiegħu.

Ħadd il-Palm huwa l-avveniment li jimmarka t-tmiem tar-Randan u l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, iż-żmien meta jiġu ċċelebrati l-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.

Waqt il-Quddiesa li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u li kienet konċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, sar it-tberik tradizzjonali tal-friegħi tal-Palm u taż-żebbuġ.

Waqt l-omelija tiegħu, l-Arċisqof irrifletta fuq il-qari u l-Passjoni ta’ Kristu fejn tkellem dwar il-missjoni li Ġesù rċieva mingħand il-missier – dik li jsalva lili u lilek.

“Jiġi l-mument fejn aħna niċċelebraw b’solennità kbira bħal lum ġimgħa, meta r-risposta tal-Missier tkun dik li l-qawwa tal-imħabba tegħleb il-mewt, fl-Irxoxt ta’ Ibnu. Imma l-mument solenni tal-lum u l-Ġimgħa l-Kbira huma l-mumenti meta Ġesù jingħata totalment  – ‘Dan hu demmi mxerred għalikom; Dan hu ġismi mogħti għalikom. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi’.”

Żied jgħid: “F’din il-Ġimgħa qaddisa ma nistgħux ninsew lil ħutna fl-Ukrajna u nixtieqkom tissieħbu miegħi f’għaqda spiritwali  mill-qalb ma’ dan in-nazzjon li għaddej minn kalvarju kbir. Niftakru fil-vittmi ta’ dawn id-deċiżjonijiet ‘boloh’, ‘strambi’ u kiefra ta’ min imexxi u tal-vittmi innoċenti tar-rieda kiefra tal-bnedmin. Nitolbu ħafna biex il-Mulej, bil-qawwa tal-imħabba tiegħu, iħenn għalina u għad-dinja kollha.”

Ekonomija

Sport