Wednesday, April 24, 2024

Il-każi attivi jaqbżu d-9,000

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt u l-Ħadd ġew irreġistrati 542 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 317-il persuna oħra.

Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 9,043.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huwa 662 wara li matul l-istess 24 siegħa mietu tliet persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus. 

Intant mil-lum jistgħu jsiru l-attivitajiet tal-massa bħalma kienu qabel il-pandemija tal-Covid. Dan ifisser li l-festi f’pajjiżna issa jistgħu jsiru b’mod normali.

Sport