Sunday, December 22, 2024

F’disa’ snin 53 persuna tressqu l-Qorti akkużati li għexu mill-prostituzzjoni

Aqra wkoll

Mill-2013 sas-sena li għaddiet kienu 53 persuna li tressqu l-Qorti akkużati li għexu minn fuq il-prostituzzjoni. Dan ħareġ hekk kif il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Kienet is-sena 2019 l-aktar li tressqu l-qorti persuni akkużati b’dawn l-akkużi hekk kif kienu tressqu 12-il persuna. Dawn kienu sitt Maltin u sitt barranin. Għas-sentejn ta’ wara, l-2020 u l-2021 ma tressqu l-ebda persuni akkużati li kienu qegħdin jgħixu minn fuq il-prosituzzjoni.

22 persuna minn dawn li tressqu kienu kollha barranin filwaqt li l-oħrajn huma kollha Maltin. Skont dak li wieġeb il-Ministru Camilleri, 23 persuna kienu nisa filwaqt li l-oħrajn kienu kollha rġiel li kienu qed jgħixu minn fuq il-prostituzzjoni.

Ekonomija

Sport