Thursday, April 18, 2024

Il-PM iżur lukanda fil-Gżira, fejn sar investiment massiċċ ta’ €45 miljun

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-lukanda fil-Gżira, magħrufa bħala Grands Suites Hotel. Il-lukanda għadha kif għamlet investiment massiċċ ta’ €45 miljun.

F’din iż-żjara, il-Prim Ministru kellu l-opportunità li jiltaqa’ mat-tmexxija tal-kumpanija u ma’ diversi ħaddiema li għażlu karriera fil-qasam tal-ospitalità.

Il-Prim Ministru nnota l-fiduċja qawwija li għandu l-imprenditur Malti f’pajjiżna permezz tar-reżiljenza li kompla juri f’ċirkostanzi internazzjonali li ġabu magħhom sfidi bla preċedent.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċju tal-Istatistika juru li se jkun hemm sens qawwi ta’ ottomiżmu għaż-żmien li ġej.  L-istess ċifri juru li f’Malta kien hemm aktar minn 2.2 miljun turist bejn il-perjodu ta’ Jannar u Novembru tal-2022. Din il-figura hija qrib iċ-ċifri tal-2019 – is-sena ta’ qabel il-pandemija u li hija meqjusa bħala sena rekord għat-turiżmu.

Marvin Spiteri, id-Direttur Maniġerjali tal-lukanda, wera l-apprezzament tiegħu għall-appoġġ li rċieva mill-awtoritajiet. Permezz t’hekk hu qal li dan il-proġett seta’ jitlesta u jkun ta’ suċċess.

Il-lukanda hija mgħammra b’231 kamra, toffri ospitalità differenti bil-għan li t-turisti li jagħżlu din l-akkomodazzjoni jagħmlu użu mis-servizzi ta’ kwalità li toffri Grands Suites Hotel.Kull kamra għandha l-faċilità ta’ kċina u f’kull sular hemm is-servizz ta’ ħasil ħasil bħallikieku r-resident qiegħed jgħix f’daru xorta waħda.

Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport