Thursday, April 18, 2024

Jinstab kadavru fil-baħar fl-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ, fl-Għarb

Aqra wkoll

Għall-ħabta tal-5.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar fl-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ, fl-Għarb, Għawdex.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-kadavru u ħaduh ix-Xatt ta’ l-Imġarr.

Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ raġel, però s’issa għadhu mhux identifikat peress li l-ġisem instab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport