Tuesday, May 14, 2024

Fearne jirribatti l-kritika li ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni huma korruzzjoni

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fuq il-midja soċjali ddikjara li waqt dibattitu online li kellu lbieraħ filgħodu mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech huwa talab lil Grech sabiex jikkonferma jekk ladarba l-poplu fis-26 ta’ Marzu li ġej jagħti l-fiduċja tiegħu lill-Gvern Nazzjonalista huwiex se jwaqqaf iċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa jew hux se jkun qed jitlobhom lura. 

Fearne waqt id-diskussjoni li kellu ma’ Grech sostna li l-Partit Laburista ilu sentejn sħaħ jagħti għajnuna finanzjarja lill-poplu u saħaq li l-għotja taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni ilha ssir b’mod kostanti. Il-Ministru għas-Saħħa rribatta l-kritika li l-għotja ta’ dawn iċ-ċekkijiet hija xi tip ta’ korruzzjoni.

Fearne tenna li Grech naqas milli jwieġeb għad-domanda li saritlu, però min-naħa tagħhom il-moderaturi ta’ dan id-dibattitu sostnew li ma kienx hemm ħin biex Grech ikun jista’ jagħti t-tweġiba tiegħu.

Sport