Wednesday, October 9, 2024

Federico Chiesa segwit minn Besiktas

Aqra wkoll

Besiktas qed jissoktaw fl-interess tagħhom għall-midfielder offensiv Federico Chiesa. Dan tal-aħħar hu plejer ta’ Juventus li donnu m’għandux postu fit-tim immexxi minn Thiago Motta.

Il-klabb Tork irid lil dan il-plejer b’saħħa u jidher li se jirnexxielu meta qed joffri s-somma ta’ €15-il miljun għalih.

Chiesa għandu 26 sena u ma’ Juventus ftit spikka anke għax kien mifni b’sensiela ta’ injuries.

Il-kowċ ta’ Besiktas Giovanni Van Bronkhorst irid lil Chiesa miegħu minħabba li jqisu bħala akkwist prestiġġjuż.

Sport